Partit Nazzjonalista - Kumitat Sezzjonali Hal Safi

pnsafi@pn.org.mt

www.pnsafi.info

go to our new site

 

Il-qtil politiku ta' Raymond Caruana 

Raymond Caruana, iz-zghazugh mill-Gudja li kien inqatel fil-Kazin Nazzjonalista tal-Gudja fil-5 ta' Dicembru 1986 b'tiri ta' sub machine gun sparati mit-triq ghadu jigi mfakkar kull sena b'quddiesa u bi tqejid ta' kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tieghu fic-cimiterju tal-lokal.

Il-qtil politiku ta' Raymond Caruana kien il-qofol tal-vjolenza 19-il sena mill-qtil politiku ta' Raymond Caruanapolitika fit-tmeninijiet u kien qtil li sehh f'katina ta' vjolenza politika li kkaratterizzat lill-pajjiz fil-perjodu bejn it-30 ta' Novemrbu 1986 u t-12 ta' Dicembru 1986. Din il-katina ta' vjolenza politika taf il-bidu taghha fit-30 ta' Novembru meta l-Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami u eluf ta' partitarji Nazzjonalisti kienu attakkati u micchuda d-dritt li jaghhmlu Mass Meeting fiz-Zejtun, fejn kienu konfrontati minn marmalja ta' partitarji Soccjalisti Zwieten mghejjuna mill-Pulizija. Il-vjolenza kompliet fl-1 ta' Dicembru 1986 meta partitarji Laburisti Zwieten kienu f'caracde, waqfu qudiem il-Kazin Nazzjonalista ta' Hal Tarxien u sparaw tiri ta' sub machine gun lejn il-bieb tal-Kazin li kien maghluq.

Fil-5 ta' Dicemrbu 1986 Raymond Caruana kien fil-Kazin Nazzjonalista tal-Gudja flimkien ma' shabu biex ihejju ghall-ftuh tal-Kazin li kien se jintefah ftit granet wara. Minn quddiem il-bieb tal-Kazin, fl-11.15 p.m., ghaddiet karrozza li minnha kienu sprati tiri ta' sub machine gun lejn il-bieb tal-kazin li dak il-hin kien miftuh u bid-dawl mixghul fuq gewwa. Wiehed mit-tiri dahal minn go l-antiporta tal-bieb tal-kazin li kien miftuh u laqat lil Raymond Caruana f'wiccu. Raymond Caruana miet fuq il-post.

Dan il-kapitlu iswed fl-istorja politika tal-pajjiz kien inghalaq bil-frame-up fuq Pietru Pawl Busuttil minn Hal Safi fejn bl-iskop li jinheba l-qattiel ta' Raymond Caruana, is-sub machine gun li ntuza mill-partitarji Laburisti fiz-Zejtun, f'Hal Tarxien u fil-Gudja tpogga fir-razzett ta' Pietru Pawl Busuttil. L-arma kienet instabet fi tfittxija suspettuza u kontroversjali li wettqu l-Pulizija fir-razzett ta' Pietru Pawl Busuttil.

Fil-Qorti Pietru Pawl Busuttil kien liberat minn kull akkuza u l-Qorti kkonfermat li fil-konfront tieghu kien sar frame-up. Il-qattiel ta' Raymond Caruana u l-komplici ghadhom ma nqabdux u l-kaz ghadu mhux solvut.

__________________________________________________________

Raymond Caruana

Tifkira

Raymond Caruana - 1960-1986

"Jekk il-mewt tat-tifel tieghiisservi ghall-paci ahjar miethu biss inkella jmutu hafna."Guzeppi Caruana - 7 ta' Dicembru 1986

Ftakru ftit...5 ta' Dicembru 1986 - 11.15pm

Ghaddiet karrozza li minn gewwa ma nstemghetx. L-antiporta kienet maghluqa. Il-Kazin kien mixghul. Semghu l-isparar.Xi hadd qal: "Igru, qed jisparaw."Kullhadd gera ghall-kenn. Min dahal fil-parti ta' gewwa tal-kazin, ohrajn telghu fuq. Raymond - bil-hsieb li jitla t-tarag - qam minn fejn kien u mexa baxxut lejn l-antiporta u ntlaqat fuq in-naha tal-lemin ta' geddumu bil-bullet li nifdet l-antiporta. Instema' jghid: "laqtuni...laqtuni." Ghamel idejh ma' wiccu u waqa ma' l-art.Raymond spicca bla hajja, wiccu f' demmu, idu qrib il-ferita li halliet il-bullet qerrieda li kienet ghada kif dahlet f'geddumu.

Gieh lill-Martri tal-Liberta'

Il-Poplu Malti ta' gieh lil Raymond Caruana d'funeral kbir li jibqa' mfakkar. Filwaqt li l-pajjiz kollu - u anke nhawi ohra tad-dinja permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni - kien ghadu mahsud bil-qtil fahxi, fil-17.30 tal-jum tal-Hadd, 7 ta' Dicembru 1986, tpoggiet l-ahhar kapitella fuq il-qabar ta' Raymond.

Fi skiet taqtghu b'sikkina miksur mill-ilfieq ta' l-omm u l-isterizmu tal-gharusa, is-sema sewda kienet tiksi c-cimiterju ckejkna tat-Torba fil-Gudja stess. Raymond tnizzel fil-qabar tal-familja numru 5 tat-taqsima A. tnizzel biex jistrieh ghal dejjem.

__________________________________________________________

Tesseri 2009

It-tesseri 2009 qed jitwasslu bieb-bieb mill-membri tal-Kumitat PN Safi.  Jekk ghal xi raguni int ghadek bla tessera tal-2007 ibghat email fuq pnsafi@pn.org.mt u ahna naghmlu kuntatt mieghek.  Tista wkoll tassal wasla sal-kazin PN Safi nhar ta' Hadd bejn l-ghaxra u nofsinhar mit-23 ta' Novembru 2008.

 



G©¤awdex Distrett Wie©¤ed



Trid tghin lill-Kumitat?

pnsafi@pn.org.mt




Hal Safi 2004-2008