Twemmin
(1) Il-Partit Nazzjonalista hu mwaqqaf f'Malta u Ghawdex biex, kif juri ismu, in-nies ta' dawn il-gzejjer jizviluppaw bhala nazzjon u jitkattar il-gid tal-poplu kollu kemm hu.
(2) Il-Partit Nazzjonalista jifforma parti mill-moviment internazzjonali Demokratiku Kristjan. Anzi huwa fost l-eqdem partiti li dan il-moviment ihaddan. Huwa mpenjat biex il-principji demokristjani jitwettqu fir-Repubblika Maltija u jinfirxu mad-dinja kollha.
(3) F'kollox il-Partit Nazzjonalista jitnebbah mill-ideal nisrani tad-dinjita' tal-bniedem, mibnija fuq ir-rabtiet tieghu ma' Alla u ma' hutu l-bniedem l-ohra, fil-familja u f'ghaqdiet volontarji ohra li l-Istat ghand jghinhom u jseddaqhom.
(4) Biex l-ideal ta' l-izvilupp shih ta' kull persuna jsehh dejjem ahjar, il-Partit Nazzjonalista jrid jizgura li kulhadd igawdi l-massimu tal-helsien fil-qafas ta' ligijiet maghrufa u ta' istituzzjonijiet li jharsu ndaqs id-drittijiet ta' kull bniedem.
(5) Id-djalogu ghandu jkun il-mezz li bih il-PN jilhaq il-ftehim dwar dak li ghandu jsir. Ghalhekk jaghti importanza ewlenija lill-edukazzjoni tal-poplu kollu tul il-hajja kollha.
(6) Sabiex isehhu s-solidarjeta' u l-gustizzja fl-oqsma kollha tas-socjeta', l-kommunita' tghin b'mod specjali lil kull min ibati minn xi zvantaggi u dan taghmlu skond il-htigijiet personali ta' dak li jkun, biex kulhadd ikun b'sahhtu, fl-isheh sens tal-kelma.
(7) Kulhadd ghand d-dritt u d-dmir li jaghti sehmu fil-hidma ekonomika, u li jissieheb fit-tfassil u fit-tmexxija taghha, kif ukoll fil-qliegh u fil-gid li ggib maghha.
(8) Fil-kwadru tal-pjanifikazzjoni u l-programmazzjoni nazzjonali, ghandu jithalla spazju wiesgha ghall-inizjattivi u ghall-kreattivita' personali. Minbarra xoghol ghal kulhadd, ghandhom jigu assigurati wkoll biex il-hajja kulturali tan-nazzjon tistaghna u timxi 'l quddiem.
(9) Fit-tqassim tas-setgha, jithares il-principju tas-sussidjarjeta` - jigifieri li ebda decizjoni ma tittiehed f'livel superjuri jekk tista` tittiehed aktar vicin ta' min ghandu jwettaqha.
(10) Fil-qasam internazzjonali, l-PN jahdem ghall-ghaqda ta' l-Ewropa, li minnha Malta tifforma parti ntegrali, ghall-paci u l-gustizzja fid-dinja u ghall-izvilupp tal-popli kollha, l-aktar madwarna fil-Mediterran.
Amministrattiv
Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista hu maghmul mill-Ufficjali kollha tal-Partit Nazzjonalista, il-Presidenti tal-ferghat li jirrapprezentaw setturi differenti tas-socjeta’ taghna u d-Direttur Informazzjoni.
Il-Kunsill Amministrattiv hu responabbli ghall-amministrazzjoni generali tal-Partit Nazzjonalista, ifassal pjani u programmi ta’ attivitajiet u jezamina kazi ta’ dixxiplina.
Ferghat tal-Partit
Assocjazjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti
L-APAN twaqqfet fid-29 ta' Ottubru, 1989, waqt laqgha generali ghall-anzjani u pensjonanti. Il-laqgha saret wara li bdew jiltaqghu grupp ta' anzjani minn Mejju ta' l-istess sena. Fl-ewwel elezzjoni kien hemm 63 nominazzjoni biex jigu eletti 7 membri ghall-ewwel Kumitat Ezekuttiv ta' l-APAN. Maz-zmien dan il-Kumitat zdied ghal 11 u iktar tard ghall-15-il membru li jinkludi rapprezentant minn Ghawdex.
L-iskopijiet principali ta' l-APAN huma:
- li jxerred fost l-anzjani u pensjonanti t-twemmin u l-messagg tal-Partit Nazzjonalista fost l-anzjani u l-pensjonanti, b'mod partikulari l-hsieb demokratiku
- biex ikompli jsahhah il-Partit Nazzjonalista fl-oqsma kollha tas-socjeta
- biex dejjem jahdem halli l-anzjani jokkupaw post xieraq fis-socjeta` u jkollhom status socjali rikonoxxut mil-ligi
- biex jipprotegi l-interessi kemm ta' l-anzjani kif ukoll tal-pensjonanti halli b'hekk dawn jghixu hajja ahjar.
Fost l-attivitajiet li torganizza l-APAN hemm djalogi, hargiet kulturali, seminars u laqghat socjali f'okkazjonijiet specjali bhal Festa tal-Milied, il-Festa ta' l-Ghid u l-Festa ta' l-Imnarja.
Fil-qasam kulturali l-APAN waqqfet il-BANDAPAN, KULURAPAN U TEATRUAPAN.
Fil-qasam internazzjonali l-APAN tat is-sehem taghha, kemm ghax ghenet fit-twaqqif tal-European Senior Citizens Union (ESCU) kif ukoll li rnexielha ggib numru sostanzjali ta' anzjani Ewropej biex izuru Malta.
Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista
Il-Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista gie ufficjalment imwaqqaf fl-1958. Matul iz-zmien l-MZPN zviluppa f'ghaqda ewlenija fost iz-zghazagh u fl-istruttura tal-Partit Nazzjonalista. Ir-rwol tal-MZPN dejjem inbidel skond ic-cirkostanzi u ghalhekk, fl-ewwel snin tieghu kien responsabbli ghal hafna mit-tibdiliet li sehhew fil-Partit, mhux l-anqas dawk statutorji li ghenu sabiex il-PN jinfetah aktar.
Fis-sebghinijiet u tmeninijiet, sehem l-MZPN kien evidenti sabiex jigu mobilizzati z-zghazagh quddiem il-ksur tal-jeddijiet fundamentali taghhom u ta' l-oppressjoni li l-Gvern Socjalista kien qed idahhal f'pajjizna. Fil-fatt, il-Qorti Kostituzzjonali fis-17 ta' Frar, 1988 iddikjarat li ta' l-anqas darba anke d-dritt ghal-liberta' ta' l-espressjoni tal-MZPN gie vvjolat mill-Gvern Socjalista.
Wara li l-PN gie msejjah imexxi pajjizna fl-1987, ir-rwol ta' l-MZPN inbidel aktar ghal dak li moviment ta' zghazagh fi hdan partit politiku ghandu jkun.
Illum l-MZPN hi ghaqda li:
- Toffri lok ghal diskussjoni, djalogu u ideat. Permezz tar-rapprezentanza taz-zghazagh fl-istrutturi kollha tal-PN, l-MZPN twassal fehmitha;
- Torganizza attivitajiet politici u socjali biex tqarreb iz-zghazagh flimkien u jinzamm kuntatt kontinwu maz-zghazagh.
Fuq livell Internazzjonali, l-MZPN ghal hafna snin kienet ghaqda ewlenija fi hdan l-ghaqdiet ewropej li jigbru fihom iz-zghazagh demokristjani fl-Ewropa. L-MZPN kien membru tal-European Young Christian Democrats sa meta xoljiet fl-1997 u membru fundatur tal-Youth of the European People's Party. F'Malta, membru tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh.
Is-shubija fl-MZPN hi awtomatika ghal dawk iz-zghazagh li jaghzlu li jissiehbu mal-Partit Nazzjonalista.
Moviment Nisa Partit Nazzjonalista
Il-fergha twaqqfet fl-1975, bi statut gdid li ta lehen lin-nisa fl-istrutturi kollha tal-Partit.
L-ghan ta' l-MNPN hu li jghin fl-i zvilupp demokratiku tad-drittijiet tan-nisa f'kull qasam tas-socjeta` u ghalhekk:
- Ikun ta' ghajnuna ghall-Partit Nazzjonalista fl-izvilupp demokratiku tad-drittjiet tan-nisa fl-isfera civika, edukattiva, morali u religjuza mibnija il-liberta` u l-gustizzja socjali fid-dawl tat-tradizzjoni Maltija u Ewropea;
- Jirraprezenta l-interessi tan-nisa Nazzjonalisti sew f'Malta kif ukoll barra;
- Jistudja, jiddiskuti u jxerred il-politika tal-Partit Nazzjonalista;
- Jipprezenta l-opninjonijiet komprensivi tan-nifs fl-affarijiet ta' interess pubbliku u biex jghin lill-Partit Nazzjonalista fl-izvilupp tas-socjeta bl-istess opportunitajiet ghal kulhadd.
L-MNPN jahdem biex in-nisa Maltin jiehdu sehem akbar fil-hajja pubblika u jgawdu ugwaljanza kemm fil-Partit kif ukoll fil-pajjiz.
Minn zmien ghal zmien l-MNPN jorganizza konferenzi politici dwar issues li jolqtu lil mara direttament kif ukoll issues ohra li jkunu qed jigu diskussi fil-pajjiz.
Il-fergha torganizza wkoll numru ta' attivitajiet socjali.
Fl-1979 l-MNPN iccelebra ghall-ewwel darba Jum il-Mara li ghen biex qamet kuxjenza pubblika fuq l-istatus tan-nisa. L-MNPN ticcelebra din l-okkazjoni sal-gurnata tal-lum b'solidarjeta ma' dawk in-nisa li d-drittijiet taghhom qed jigu abbuzati.
Anki fil-kamp internazzjonali l-MNPN jiehu sehem attiv, billi hu membru tal-European Union of Women u membru assocjat tal-European People's Party.
F'Ottubru 2000 il-laqgha tal-Kunsill ta' l-European Union of Women kienet organizzata hawn Malta. Ghal din il-laqgha attendew aktar minn 100 delegat u fost is-suggetti diskussi kien hemm l-immigrazzjoni, ir-refugjati u d-demografija, l-ekonomija u l-impiegi, l-edukazzjoni, il-kultura u x-xjenza, l-ikel u l-agrikultura, u l-informazzjoni u mass media.
Il-President ta' l-MNPN kienet ukoll eletta bhala Vici-President tal-Kummissjoni ghall-Ambjent.
Solidarjeta Haddiema Partit Nazzjonalista
Kullegg Kunsilliera Partit Nazzjonalista
Segretarjat Ghall-Intraprizi Zghar u Medji