|
|
|
|
|
|
|
Minn Fejn Gejna
- Il-Partit Nazzjonalista twaqqaf fl-1880 bl-ghan politiku li jahdem biex jinkiseb Self-Government ghall-pajjiz u biex tinzamm l-identita' Mediterranja tal-pajjiz peress li l-Gvern Ingliz kien qed isahhah il-hakma kolonjali fuq Malta. Ghall-ewwel il-politici Nazzjonalisti mmexxija minn Dr. Fortunato Mizzi kienu jissejhu Antiriformisti.
- L-inizjali PN ghandhom l-origini taghhom gejjin min-nofs it-tmeninijiet tas-seklu dsatax, fejn ghall-ewwel il-Partit kien jissejjah Partito Nazionale u aktar tard sar Partito Nazionalista.
- L-ewwel elezzjoni bejn l-Antiriformisti u r-Riformisti ta' Sigismondo Savona saret fl-1880 fejn il-PN rebah il-maggoranza tas-siggijiet fil-Kunsill tal-Gvern.
- L-ewwel kisba importanti li ghamel il-PN ghall-pajjiz kienet il-Kostituzzjoni ta' Gvern Rapprezentattiv fl-1887. Ghall-ewwel darba permezz ta' din il-Kostituzzjoni, kellu jkun hemm maggoranza ta' membri Maltin eletti fil-Kunsill Governattiv u tliet membri Maltin fil-Kunsill Ezekuttiv.
- L-ewwel elezzjoni wara din il-kostituzzjoni saret fl-1888 fejn il-PN rebah is-siggijiet kollha tal-Kunsill tal-Gvern u l-Kunsill Ezekuttiv.
- Il-Partit Nazzjonalista baqa' jikseb rebhiet konvincenti sa l-elezzjoni ta' l-1903. F'din is-sena l-Gvern Ingliz kien irtira l-Kostituzzjoni ta' l-1887 u l-elezzjonijiet ta' wara kienu ta' valur zghir ghal dak li ghandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni tal-pajjiz.

Sir Ugo Mifsud Nerik Mizzi
Self Government
-
Fl-1921 wara hidma sfeiqa u glidit, li waslu anke ghat-tixrid tad-demm, fosthom l-incidenti tas-Sette Gunio fejn kienu mietu erba' Maltin, il-Gvern Ingliz ta lill-Malta il-Kostituzzjoni tas-Self Government.
-
Fl-elezzjoni ta' l-1921 l-Unione Politica Maltese (UPM) ta' Monsinjur Ignazio Panzavecchia kienet kisbet l-akbar ammont ta' voti kemm fl-elezzjoni ghas-Senat kif ukoll fl-Assemblea Legislattiva. Il-Partito Democratico Nazionalista ta' Dr. Nerik Mizzi kien ikkontesta fuq Ghawdex biss u kien rebah is-siggijiet kollha minn dan id-distrett. L-ewwel Prim Ministru Malti kien Joseph Howard (UPM) u wara li rrezenja, kien inhatar Francesco Buhagiar (UPM).
-
Wara l-elezzjoni ta' l-1924 kien iffurmat Gvern bejn l-Unione Politica Maltese u l-Partito Democratico Nazionalista. Prim Ministru rega' inhatar Dr. Francesco Buhagiar.
-
Fis-6 ta' Jannar 1926 l-UPM u l-PDN inghaqdu taht l-isem ta' Partit Nazzjonalista. Il-PN gie dikjarat bhala kontinwazzjoni tal-Partit imwaqqaf minn Dr. Fortunato Mizzi
-
Fl-1930 kien evidenti li l-Partit Nazzjonalista kien se jirbah l-elezzjoni generali. Il-Gvern Ingliz issospenda l-Kostituzzjoni tas-Self Government, minhabba li l-Gvern Ingliz kien jappoggja l-Partit Kostituzzjonali ta' Gerald Strickland.
-
Fl-1932 regghet inghatat il-Kostituzzjoni tas-Self Government. Saret l-elezzjoni f'Gunju u l-Partit Nazzjonalista kiseb l-akbar rebha elettorali li qatt kiseb mill-1921 sal-lum b'maggoranza assoluta ta' 65%.
-
Fil-kampanja elettorali ghall-elezzjoni ta' l-1932, fit-8 ta' Mejju kien indaqq ghall-ewwel darba l-innu tal-partit li l-versi originali tieghu kienu nkitbu minn Dr. Carmelo Mifsud Bonnici (Il-Gross).
-
Il-Prim Ministru Nazzjonalista Dr. Ugo P. Mifsud, wara li ha l-gurament, talab formalment ghall-ewwel darba lill-Gvern Ingliz ghal Dominion Status.
-
Fl-1933 sena wara li l-PN rebah l-elezzjoni, il-Gvern Ingliz rega' irtira l-Kostituzzjoni.
-
Wara li faqqghet il-Gwerra, fl-1940 kienu internati numru ta' nazzjonalisti fosthom Dr. Nerik Mizzi u fl-1942 fl-eqqel tat-Tieni Gwerra, dawn kienu eziljati lejn l-Uganda.
-
Sir Ugo P. Mifsud waqt li kien qed jaghmel diskors imqanqal fil-Parlament dwar l-ezilju ta' dawn in-Nazzjonalisti lejn l-Uganda hassu hazin u miet jumejn wara. Dr. Gorg Borg Olivier kien assuma l-funzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Wara it-Tieni Gwerra
- Lura Malta mill-ezilju fl-Uganda, Dr. Nerik Mizzi bhala Kap mill-gdid tal-Partit Nazzjonalista rega' beda jghaqqad mieghu dak li kien ghad fadal mill-Partit Nazzjonalista.
- Fl-1947 Malta regghet inghatat is-Self Governmen, permezz ta' Kostituzzjoni gdid. Fl-elezzjoni ta' l-istess sena, il-Partit Nazzjonalista kiseb 18% tal-voti biss.
- Il-Partit Nazzjonalista malajr irkupra mid-daqqa ta' harta li ha bl-ezilju tal-mexxejja tieghu tant li fl-elezzjoni ta' l-1950 il-PN kiseb l-akbar ammont ta' voti, 30%, u l-akbar ammont ta' siggijiet, 12-il siggu minn fost il-partiti li kkontestaw.
- Wara l-elezzjoni ta' Settembru ta' l-1950, Nerik Mizzi kien ifforma Gvern ta' minoranza u nhatar Prim Ministru.
- Wara l-mewt ta' Nerik Mizzi f'Dicembru ta' l-1950, Dr. Gorg Borg Olivier kien inhatar Kap tal-Partit Nazzjonalista.
- Wara l-elezzjoni ta' l-1951 il-Partit Nazzjonalista mexxa Gvern ta' koalizzjoni flimkien mal-Malta Workers Party ta' Dr. Pawlu Boffa b'Dr. Gorg Borg Olivier bhala Prim Ministru.
- Fl-elezzjoni ta' l-1953 il-Partit Nazzjonalista rega' mexxa Gvern ta' koalizzjoni flimkien mal-MWP, fejn ghal darb'ohra l-Prim Ministru kien Dr. Gorg Borg Olivier.
- Bhalma kienet il-politika tal-Partit Nazzjonalista sa mill-1930, il-proposta principali ghall-elezzjonijiet kollha li segwew kienet dik ghal Dominion Status.
- Il-Partit Laburista kien rebah l-elezzjoni ta' l-1955 bl-ghajta ta' l-Integration ma' l-Ingilterra. L-MLP ma kienx irnexxielux jikseb l-integrazzjoni ma' l-Ingilterra wara r-rizultat m'hux konvincenti fir-Referendum li kien ibojkottjat mill-PN. Il-Gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff irrizenja f'April ta' l-1958.
- Fl-1958, il-Gvern Ingliz kien irtira l-Kostituzzjoni ta' Gvern Responsabbli. Fl-1961 regghet inghatat Kostituzzjoni ohra msejha il-Blood Constitution.
- L-elezzjoni ta' l-1962 kienet missielta dwar il-Kostituzzjoni ta' l-Indipendenza ghal Malta minbarra kwistjonijiet politici ohra. Dan kollu sehh waqt li fl-istess hin kienet ghaddejja l-kwistjoni politiko-religjuza.
- Fl-elezzjoni ta' l-1962, il-Partit Nazzjonalista rebah il-maggoranza relattiva tal-voti u kiseb maggoranza ta' 25 siggu. Il-PN kien inghata l-mandat biex jikseb l-Indipendenza ghal Malta. Aktar tard il-PN zied il-maggoranza tieghu ghal 26 siggu. Dan wara li deputat tal-PDN Coronato Attard inghaqad mal-PN.
Indipendenza

- Ir-Referendum dwar l-Indipendenza sar bejn it-2 u l-4 ta' Mejju 1964. Minn total ta' 129,649 votant li tefghu l-vot kien hemm:
- 65,714 ivvutaw IVA (54.5%)
- 54,919 ivvutaw LE (45.5%)
- 9,016 invalidi
- Il-kisba ta' l-Indipendenza fil-21 ta' Settembru 1964, kienet kisba ohra importanti hafna li l-Partit Nazzjonalista kien kiseb ghal Malta.
- Bejn is-26 u t-28 ta' Marzu 1966 taht il-Kostituzzjoni ta' l-Indipendenza, issejhet elezzjoni ohra, liema elezzjoni intrebhet mill-Partit Nazzjonalista b'maggoranza ta' aktar minn 7,000 vot fuq il-Partit Laburista.
1971 - 1987
Wara disa' snin fil-Gvern, il-PN tilef l-elezzjoni ta' l-1971, u l-MLP rebah b'maggoranza ta' siggu parlamentari wiehed. Il-Perit Dom Mintoff kien sar Prim Ministru.
Minkejja li fl-elezzjoni ta' l-1976 il-PN zied il-voti fuq l-elezzjoni ta' qabel xorta wahda tilef l-elezzjoni.
F'Jannar ta' l-1977 saret elezzjoni ghall-Kap Successur tal-Partit Nazzjonalista. Din kienet ikkontestata minn Eddie Fenech Adami, Guido deMarco u Censu Tabone. Eddie Fenech Adami gie elett Kap Successur tal-Partit Nazzjonalista filwaqt li Guido de Marco kien inhatar Vici Kap.
It-tmiem tas-snin sebghin kienu karatterizzati minn ksur sfaccat tad-drittijiet tal-bniedem u civili. Kienu zminijiet fejn il-vjolenza fuq partitarji nazzjonalisti kienet xi haga regolari. Kienet inharqet l-istamperija ta' The Times u sahansitra, tkissret id-dar tal-Kap tal-PN.
L-Elezzjoni tat-12 ta' Dicembru 1981 tat rizultat pervers. Minkejja li l-PN kien gab il-maggoranza assoluta tal-voti u ghadda lill-MLP b'aktar minn 4,000 vot, il-MLP ha t-tmexxija tal-Gvern minhabba li kellu maggoranza ta' tliet siggijiet fil-Parlament.
L-elezzjoni ta'l-1981 tibqa' tissemma' mhux biss minhabba r-rizultat pervers li hareg minnha izda wkoll minhabba l-arroganza u l-metodi xejn demokratici li bihom kien u kompla jitmexxa l-Gvern Laburista.
Wara r-rizultat ta' Dicembru 1981 il-membri Parlamentari Nazzjonalisti ghazlu li ma jiehdux il-gurament u ma jidhlux fil-Parlament sakemm jinbidlu c-cirkustanzi. F'Marzu 1983 il-Kunsill Generali tal-PN unanimament approva rizoluzzjoni biex il-membri Nazzjonalisti jidhlu fil-Parlament. Delegazzjoni miz-zewg Partiti (PN u MLP) bdew jiltaqghu biex jiddiskutu x'tibdil kellu jsir fil-ligijiet elettorali u fl-istanding orders tal-Parlament u jfasslu rapport. F'Lulju 1985 il-Parlament approva mozzjoni biex jinhatar select committee biex japprova rapport.
Iz-zmien bejn l-1981 u l-1987 kien karatterizzat minn glieda kontinwa bejn l-MLP u l-knisja dwar l-iskejjel tal-knisja. Dan wassal ghat-tkissir tal-Kurja. Tkisser il-bini tal-Qorti, tkissri g]al diversi drabi ta' numru kbir ta' kazini nazzjonalisti u anke saru attakki fuq id-Dar Centrali tal-PN.
Qabel l-elezzjoni ta' l-1987 sehhew diversi incidenti gravi fosthom fir-Rabat fejn Pulizija sparaw fuq partitarji nazzjonalisti, l-incidenti tal-Barrani kif ukoll il-qtil ta' Raymond Caruana fil-kazin tal-Partit Nazzjonalista tal-Gudja. Dan kollu sehh f'atmosfera ta' incertezza fil-pajjiz minhabba l-krizi kostituzzjonali ta' wara l-elezzjoni ta' l-1981.
F'Dicembru 1986 il-Parlament emenda l-Kostituzzjoni. Dawn l-emendi wasslu biex l-elezzjoni tintrebah minn dak il-partit li jikseb il-maggoranza assoluta tal-voti validi, li Malta tkun newtrali b'politika ta' non-allinjament u li ma jkunx hemm indhil barrani. Fis-27 ta' Jannar 1987 il-Parlament b'eccezzjoni ta' membru wiehed, approva l-emendi li bdew isehhu mill-14 ta' Frar 1987.
1987 sa 2004 Era Eddie Fenech Adami

- Fid-9 ta' Mejju 1987 il-Partit Nazzjonalista rebah l-elezzjoni generali b'maggoranza ta' 4,785 vot fuq il-MLP bl-ghajta ta' Xoghol, Gustizzja u Liberta'. Il-Kap tal-PN Dr. Eddie Fenech Adami nhatar Prim Ministru.
- Fl-1990 il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ressaq l-applikazzjoni formali biex Malta tissieheb fl-E.E.C., illum l-Unjoni Ewropea. Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ghamel diversi progetti ta' fejda fosthom il-Power Station ta' Delimara, l-Air Terminal il-gdid fil-Gudja, impjanti godda tar-Reverse Osmosis, il-Port Hieles, il-mini ta' Santa Venera, il-By-pass ta' l-Imriehel u diversi toroq arterjali godda li nbnew mill-gdid. Ha inizjattivi kbar fil-qasam socjali. Irriforma l-ekonomija ta' pajjizna biex jinholoq il-gid.
- Kien zmien meta f'pajjizna l-Gvern Nazzjonalista rega' dahhal ir-rikonciljazzjoni ma' diversi Unions u korpi kostitwiti. Barra minhekk Gvern Nazzjonalista ghamel ftehim mal-Knisja u mas-Santa Sede dwar l-iskejjel tal-Knisja u l-propjeta' tal-Knisja. Kien iz-zmien meta l-gerhiet u t-tilwim li halla warajh l-MLP bdew jinghalqu.
- Il-Partit Nazzjonalista rega' rebah l-elezzjoni generali tat-22 ta' Frar 1992, b'maggoranza kbira ta' 13,000 vot fuq il-MLP.
- Il-Partit Nazzjonalista baqa' jmexxi lill-pajjiz sas-26 ta' Ottubru 1996 meta l-MLP immexxi minn Dr. Alfred Sant rebah l-elezzjoni b'maggoranza ta' aktar minn 7,000 vot.
- Fi 22 xahar il-Gvern Laburista tilef il-maggoranza parlamentari. L-ex-mexxej tal-MLP u d-deputat laburista Dom Mintoff, ma kienx qed jaqbel mal-politika tal-Gvern. Alfred Sant kellu jsejjeh elezzjoni bikrija ghall-5 ta' Settembru 1998, wara li tilef vot ta' fiducja fil-Parlament. Tul it-22 xahar ta' Gvern Laburista, Alfred Sant iffriza l-applikazzjoni ta' Malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropea li kellha konsegwenzi negattivi fosthom tnaqqis fl-investiment u zieda fil-qghad. Gvern Laburista ghamel zbilanc rekord u dahhal 33 taxxa anti-socjali.
- Fl-elezzjoni tal-5 ta' Settembru 1998 il-PN rebah bl-ghajta ta' Gid. Fiducja. Direzzjoni. u ghadda lill-MLP bi 12,816 vot u hames siggijiet fil-Parlament. Eddie Fenech Adami inhatar Prim Ministru.
- Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern dahhal lil Malta fil-Millenju l-gdid. Gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista nehha mill-friza l-applikazzjoni ta' Malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropea. Fi Frar 2003 il-Poplu Malti ghazul li jissieheb fl-Unjoi Ewropea u f'Gunju 2003 ikkonferma l-ghazla tieghu u rega rebbah fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista
- Fl-Ewwel ta' Mejju 2004 Malta saret Membru ufficcjali ta' l-Unjoni Ewropea.
- Eddie Fenech Adami jirrivenja minn Kap tal-Partit Nazzjonalista u ftit wara minn Prim Ministru ta'Malta.
- 3 ta' Marzu 2004 Lawrence Gonzi ikun konfermat Kap Gdid tal-Partit Nazzjonalista, ftit jiem wara Tonio Borg jinhatar Vici Kap tal-Partit.

Dr. L Gonzi u s-Sinjura Kate Gonzi wara l-gurament tal-hatra bhala Prim Ministru
|
|
Din hi l-istorja tal-Partit Nazzjonalista...
...din hi l-istorja taghna.
|
|
|