Artikli

grajjiet kurrenti u oppinjonijiet

IL-KOSTITUZZJONI TAGHNA WKOLL
IL-KOSTITUZZJONI TAGHNA WKOLL Pozizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar it-Trattat li jistabillixxi Kostituzzjoni ghall-Ewropa
approvata mill-Kumitat Ezekuttiv nhar is-Sibt 18 ta’ Gunju 2005



1. Il-Partit Nazzjonalista jemmen fl-Ewropa

Il-Partit Nazzjonalista huwa favur ir-ratifika tat-Trattat li jistabillixxi Kostituzzjoni ghall-Ewropa. Id-dibattitu dwar din ir-ratifika ma setax jigi fi zmien ahjar ghall-PN – meta din is-sena qed ifakkar il-125 Anniversarju tieghu. Matul din il-medda ta’ snin, konna dejjem minn ta’ quddiem sabiex inxerrdu f’Malta l-kultura Ewropea li ahna, bhala poplu, naghmlu parti minnha.

Il-PN minn dejjem gharaf li l-ghaqda fl-Ewropa ggib maghha l-paci, it-tishih tal-valuri kif ukoll il-gid. Dan kien il-hsieb ta’ Ernesto Manara, wiehed mill-pijunieri tal-PN, li fl-1892 (fi zmien ta’ tensjoni bejn il-qawwiet ta’ l-Ewropa li fl-ahhar wasslet ghal regimi dittatorjali f’hafna pajjizi u ghal zewg gwerer dinjija li hallew miljuni ta’ vittmi) kiteb li jkun biss patt li jghaqqad lill-istati ta’ l-Ewropa fuq il-mudell ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jkun jista’ jtemm it-tensjoni li kienet tezisti fl-Ewropa u li kienet se twassal ghal gwerer inutli. Fl-1950, Robert Schuman uza kliem simili ferm ghal dawn huwa u jniedi l-inizjattiva tieghu ghat-twaqqif ta’ l-ewwel Komunita' Ewropea.

Madankollu, dawk kienu zminijiet differenti. Il-Partit Nazzjonalista li fl-1892 kien fil-bidu tieghu ried qabel xejn jikseb id-drittijiet ghall-Maltin sabiex bhala poplu nkunu nistghu niehdu sehem fid-decizjonijiet li jaffettwawna. Hekk ghamilna u sa minn meta ksibna l-Indipendenza bdejna nressqu ‘l pajjizna lejn l-Istituzzjonijiet Ewropej. Kien Gvern Nazzjonalista li dahhal lil Malta fil-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-1965, bl-istess mod li kien Gvern Nazzjonalista li fl-1990 ipprezenta t-talba ghas-shubija ta’ pajjizna f’dik li llum hi l-Unjoni Ewropea. Il-Partit Nazzjonalista huwa kburi bl-istorja Ewropejista tieghu.

2. Il-Partecipazzjoni tal-PN fit-tfassil tal-Kostituzzjoni

Il-Gvern u l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista hadu sehem attiv fit-tfassil ta’ Kostituzzjoni ghall-Ewropa fil-Konvenzjoni Ewropea. Bid-dikjarazzjoni ta’ Laeken, l-UE, filwaqt li qieset li l-parti l-kbira tac-cittadini Ewropej jappoggjaw il-progett Ewropew, gharfet illi l-istrutturi ta’ l-UE kienu rigidi u mhux adattati ghal Unjoni ta’ hamsa u ghoxrin pajjiz membru jew aktar. Ic-cittadini kellu jkollhom sehem ikbar fl-UE. Fuq dan il-hsieb u lejlet l-akbar tkabbir ta’ l-UE, tlaqqghet il-Konvenzjoni Ewropea. Matul din il-Konvenzjoni, id-delegati Maltin (ghalkemm pajjizna ma kienx diga membru ta’ l-UE) kienu fuq l-istess livell ta’ dawk li gew minn Stati Membri.

Dan kollu jfisser li l-Kostituzzjoni Ewropea li ghandna quddiemna ghall-approvazzjoni taghna mhix Kostituzzjoni miktuba minn grupp zghir ta’ nies li hadd ma jaf min huma. Mhix Kostituzzjoni imposta fuqna minn xi hadd barrani. Hija Kostituzzjoni taghna wkoll ghaliex tfasslet f’Konvenzjoni li fiha ppartecipaw rapprezentanti taghna; ghaliex tiehu kont ta’ talbiet li ghamlet Malta; ghaliex hija Kostituzzjoni li ahna konna partecipi fit-tfassil taghha.

3. Ghaliex jehtieg li jkollna Kostituzzjoni ghall-Ewropa

Hafna jsostnu li l-Kostituzzjoni Ewropea hemm bzonnha ghaliex l-UE llum b’25 membru u minn hawn u ftit taz-zmien iehor bi 28 jew aktar ma tistax tkun effettiva. Dan huwa minnu. Madankollu hemm aspetti ohra li wiehed ghandu jqis. L-Unjoni Ewropea hi l-prodott ta’ diversi Trattati bejn il-pajjizi membri li saru matul is-snin, mit-Trattat ta’ Ruma sat-Trattat ta’ Nizza. Kien hemm diversi strutturi bhall-Komunita' Ewropea dwar il-Faham u l-Azzar, il-Komunita' dwar l-Energija Atomika, il-Komunita' Ekonomika Ewropea, il-Komunita' Ewropea u l-Unjoni Ewropea. Ma’ dawn inzidu l-istituzzjonijiet, bhall-Assemblea Parlamentari li aktar tard saret il-Parlament Ewropew u l-entitajiet l-ohra li zviluppaw matul is-snin. Il-Kostituzzjoni Ewropea qed torganizza dan kollu u ggib dawn it-trattati kollha f'dokument wiehed. Qed taghmel bosta affarijiet ohra wkoll. Per ezempju, qed tissimplika wkoll il-mod ta’ kif isiru l-ligijiet fl-UE u ghall-ewwel darba qed taghti lill-Unjoni Ewropea personalita' guridika.

B’hekk, il-Kostituzzjoni Ewropea hija mehtiega wkoll ghaliex taghti lill-Unjoni Ewropea identita’ u rwol akbar fix-xena internazzjonali, kemm fil-kamp tal-kummerc dinji kif ukoll fil-kamp ta’ politika barranija, ta’ sigurta’ u ta’ difiza. Bla dubju sehem akbar ghall-Unjoni Ewropea ifisser rilevanza akbar ghal Malta fid-dinja. Dan diga qed inhossuh wara biss sena ta’ shubija specjalment fir-regjun tal-Mediterran fejn ir-rilevanza taghna qed tikber kuljum.

Il-Kostituzzjoni Ewropea tigbor flimkien dak kollu li sar matul is-snin. Izda l-Kostituzzjoni ma tohloqx stat federali Ewropew. Ghalkemm l-Unjoni Ewropea ghandha elementi federali, ghandha wkoll elementi intergovernattivi li jaghti piz lill-individwalita' u s-sovranita' ta’ l-Istati Membri. Fil-qosor, l-Unjoni Ewropea zviluppat fi struttura unika li m’hemmx ohra bhalha fid-dinja.

4. Il-Kostituzzjoni u c-Cittadini Ewropej

Raguni ewlenija wara t-tfassil tal-Kostituzzjoni Ewropea kienet proprju sabiex l-Unjoni Ewropea titqarreb aktar lejn ic-cittadini Ewropej. Titqarreb billi l-Unjoni Ewropea tigi pprezentata f’forma gdida, f’dokument wiehed li jigbor fih is-sintezi tat-trattati kollha li zviluppaw l-Unjoni Ewropea matul dawn l-ahhar hamsin sena. B’hekk minn madwar ghaxar trattati differenti, l-Kostituzzjoni Ewropea tpoggi kollox f’dokument wiehed.

Il-Kostituzzjoni Ewropea tfittex li tqarreb lill-Unjoni Ewropea lejn ic-cittadini anki permezz ta’ titjib fl-istrutturi Ewropej sabiex dawn izidu l-legittimita' taghhom. Iddahhlet anke dispozizzjoni sabiex grupp ta’ cittadini jkunu jistghu jitolbu azzjoni diretta mill-Unjoni Ewropea permezz ta’ petizzjoni. Issahhah il-principju tas-Sussidjarjeta’ u zdiedet ir-rabta bejn l-Ewropa u l-Parlamenti Nazzjonali, u l-Gvernijiet Lokali.

Ghall-ewwel darba, il-Kostituzzjoni Ewropea ticcara l-kompetenzi ta’ l-Unjoni Ewropea. Dawk l-oqsma li min-natura taghhom jistghu jigu definiti l-ahjar fuq livell nazzjonali, bhalma huma l-Edukazzjoni jew is-Sahha, m’ghandhomx jghaddu, (u fil-fatt m’ghaddewx) ghal-livell Ewropew. Min-naha l-ohra, oqsma bhall-kummerc ma’ pajjizi terzi jew il-munita Ewropea jigu decizi esklussivament fuq livell Ewropew. Barra minn dan, ghall-ewwel darba oqsma bhalma huma t-Turizmu u l-Isports qed isiru, b’mod limitat, kompetenzi ta’ l-UE fejn l-Unjoni qed tintalab tiehu inizjattivi sabiex theggeg koperazzjoni attiva bejn il-pajjizi membri f'dawn l-oqsma.

Dan iwassal ghall-efficjenza fil-hidma ta’ l-UE u ghal decizjonijiet effettivi li jissarrfu f’titjib fil-livell ta’ l-ghixien tac-cittadini Ewropej. B’UE ta’ 25 membru u b’Istituzzjonijiet li kienu mahsuba ghal sitta jew tnax-il membru biss, ninsabu resqin lejn kobba burokratika. Din tista’ tigi evitata bis-simplifikazzjoni li nsibu fil-Kostituzzjoni Ewropea u ghalhekk ir-rizorsi li hemm ghad-dispozizzjoni ta’ l-UE jistghu jintuzaw ahjar.

5. Kompetittivita, kisbiet Socjali u titjib fl-Ambjent

Il-Kostituzzjoni Ewropea ssahhah is-sisien ta’ l-Unjoni Ewropea bhala suq wiehed b’munita wahda, li llum saru pilastri ewlenin tal-progett ta’ ghaqda Ewropea. U peress li tiffoka l-kompetenzi ta' l-Unjoni u ttejjeb it-thaddim ta’ l-istituzzjonijiet, il-Kostituzzjoni se tghin lill-Unjoni Ewropea tkun aktar effettiva biex tkattar it-tkabbir ekonomiku u tohloq impiegi godda hekk kif miftiehem fl-Istrategija ta’ Lisbona.

Izda jizbalja min jahseb li l-Unjoni Ewropea hija xi progett ekonomiku u jieqaf hemm. Ghall-kuntrarju, meta nghidu li l-Unjoni Ewropea twassal ghal titjib fil-livell ta’ l-ghixien inkunu qed infissru titjib mhux biss ekonomiku izda anki socjali u ambjentali. Dawn huma zewg oqsma ohra ta’ prijorita' ghall-Kostituzzjoni Ewropea u huma minsuga fl-ghanijiet li l-Unjoni Ewropea hija mistennija li tilhaq.

Ma’ dawn hemm ukoll il-politika ta’ Koezjoni li tfisser li l-Unjoni Ewropea trid tghin, permezz ta’ ghajnuna finanzjarja sostanzjali, lil dawk il-pajjizi b’livell ta’ ghixien baxx sabiex jilhqu ma’ l-ohrajn. Il-Kostituzzjoni Ewropea mhux biss taghraf li l-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-Solidarjeta', izda ssahhahha billi tirrikonoxxi li certu regjuni, fosthom gzejjer (inkluz gzira stat bhal Malta), jehtiegu l-appogg sabiex jeghlbu l-izvantaggi geografici jew demografici taghhom.

6. Sehem l-Unjoni Ewropea f’dinja globalizzata

Bla dubju l-UE mhux se tnaqqas ir-rilevanza ta’ l-Istati Membri – anzi se tkabbarha. Se tkabbarha ghaliex se jikber ir-rwol ta’ l-Unjoni Ewropea fix-xena internazzjonali.

L-Unjoni Ewropea illum diga ghandha rilevanza kbira fid-dinja, specjalment fil-qasam tal-kummerc dinji. Dan ir-rwol jissahhah b’dispozizzjonijiet godda tal-Kostituzzjoni Ewropea. It-twaqqif ta’ organizazzjonijiet bhalma huma l-Organizazzjoni Dinjija ghall-Kummerc (WTO) kif ukoll l-isfidi tal-globalizazzjoni ikomplu jzidu l-htiega li l-Unjoni Ewropea titkellem b’lehen wiehed fid-dinja. Meta l-Unjoni Ewropea titkellem ghal hamsa u ghoxrin pajjiz f’daqqa tikseb sahha li l-ebda pajjiz wiehed wahdu, kbir kemm hu kbir, ma ghandu. Ahseb u ara ghal Malta li hija l-izghar pajjiz membru u li b’din il-Kostituzzjoni qed tikseb importanza li qatt qabel ma kellha fix-xena internazzjonali.

Min-naha l-ohra, ghall-ewwel darba l-Kostituzzjoni Ewropea se tohloq il-kariga ta’ Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ghall-Ewropa u b’hekk se ssahhah ir-rwol Ewropew anki fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurta’. Dan huwa mehtieg sabiex l-influwenza ta’ l-Ewropa fid-dinja ma tibqax limitata biss ghall-kamp ekonomiku u kummercjali izda testendi wkoll ghal oqsam ohra, fosthom, il-politika barranija, is-sigurta’ u sahansitra f’oqsma bhalma huwa l-qasam ta’ l-ispazju.

7. Malta u l-Kostituzzjoni Ewropea

Malta ghandha bosta ragunijiet ghaliex ghandha tkun favur din il-Kostituzzjoni Ewropea.

L-ewwelnett, din hija Kostituzzjoni li tfasslet ukoll bis-sehem taghna u li allura tirraprezenta wkoll il-vizjoni taghna ghall-futur ta’ l-Ewropa. Izda l-Kostituzzjoni tikkunsidra wkoll talbiet specifici ta’ Malta, fosthom, billi zzid ir-rapprezentanza ta’ Malta fil-Parlament Ewropew permezz tas-sitt siggu. Din hija rebha mhux biss ghal Malta imma ghall-pajjizi z-zghar kollha li llum huma membri jew fil-gejjini jistghu ikunu membri.

Il-Kostituzzjoni Ewropea qed ittenni l-karattru ta’ Unjoni Ewropea bhala Unjoni ta’ Stati li ghall-gid tal-popli taghhom ghazlu li jaqsmu s-sovranita taghhom bejniethom. Hadd mhu se jitlef l-Indipendenza tieghu. Ghall-kuntrarju, din se tissahhah. Is-sovranita ta’ kull Stat Membru qed tigi mharsa ghaliex l-UE hi proprju mibnija fuq ir-rieda ta’ l-Istati li jintrabtu b’patt bejniethom.

Anki fil-kamp tad-difiza fejn il-Kostituzzjoni taghti skop ghat-tfassil ta’ politika ta’ difiza Ewropea, in-newtralita ta’ Malta tibqa’ tigi mharsa bl-istess mod li qed tigi salvagwardjata n-newtralita ta’ xi pajjizi membri ohra. In-newtralita’ ta’ Malta tibqa’ rikonoxxuta permezz tad-Dikjarazzjoni dwar in-Newtralita’ li Malta ghamlet u li hija annessa mat-Trattat ta’ Shubija ta’ Malta.

Il-PN huwa kburi li wassal lil Malta fl-UE. Din kienet vizjoni li l-PN stinka biex tintlahaq. Issa li wasalna, il-PN huwa kommess li jibqa’ l-partit Ewropeista ta’ Malta u li jibqa jahdem biex jara li niksbu l-frott kollu tas-shubija. Il-politika Ewropea taghna llum qed tigi apprezzata u huwa ta’ sodisfazzjon li anke l-Partit Laburista qed jiehu pozizzjoni favorevoli ghall-Kostituzzjoni Ewropea, li maghha hemm anness ukoll it-Trattat ta’ Shubija. Dan huwa l-mod kif irridu nimxu minn hawn ‘il quddiem. Il-politika partiggjana m’ghandhiex tithallat ma’ l-interess nazzjonali.

B’hekk, hemm raguni ohra ghaliex din il-Kostituzzjoni jixirqilha l-appogg taghna. Ghax ghall-ewwel darba taghtina c-cans li nilhqu kunsens dwar l-Ewropa u li naqtghu linja fuq il-firda li kellna dwar is-shubija fl-Unjoni Ewropea. Grazzi ghall-Kostituzzjoni Ewropea, f’Malta l-Unjoni Ewropea se ssir fattur ta’ ghaqda, kif ghandha tkun, u mhux aktar fattur ta’ firda.

Irridu nikbru flimkien fl-Ewropa sabiex nassiguraw livell ta’ l-ghixien dejjem ahjar ghall-poplu taghna. Il-Kostituzzjoni Ewropea hi mezz iehor sabiex nilhqu dan il-ghan.


 


 


 






 


 


 



PN Safi 2003-2005